Funeral Date
24th December 2025
Mass Time
09:30
Church
Santu Wistin
Triq l-Ifran
Valletta
Date of Death: 22nd December 2025
Published on: 22nd December 2025
We sadly announce the passing of
Fr Salvino CARUANA OSA
+ 22nd December 2025
Il-Provinċja Agostinjana Maltija b’sogħba kbira tħabbar il-mewt ta’ P. Salvino Caruana OSA, li mar jiltaqa’ mal-Mulej illum 22 ta' Dicembru 2025, wara li għal diversi ġimgħat kien rikoverat l-Isptar Mater Dei minħabba kumplikazzjonijiet ta' saħħa.
Bħala reliġjuż u saċerdot, Patri Salvino serva f'diversi komunitajiet Agostinjani u anke fil-Kulleġġ Santu Wistin. Madanakollu l-akbar ħidma tiegħu kienet l-impenn fl-Istudju u fit-tagħlim.
Għal diversi snin huwa kien lettur fl-Università ta' Malta, direttur tal-Istitut Agostinjan, u ppubblika numru sabiħ ta' kotba partikolarment dwar Santu Wistin u l-ħsieb tiegħu.
L-aħwa agostinjani jirrakomandawh fit-talb sabiex il-Mulej jilqgħu fil-ħniena tiegħu u jagħtih il-ħlas ta’ dak kollu li ħadem għalih matul ħajtu.
Il-funeral ser isir nhar l-Erbgħa 24 ta’ Diċembru fil-Knisja parrokjali ta’ Santu Wistin, il-Belt Valletta fid-9.30am.
Qabel il-quddiesa il-ġisem ta’ ħuna P. Salvino ser jitqiegħed fl-Oratorju tal-Madonna taċ-Ċintura (biswit il-Kunvent) għat-tislima tal-pubbliku.
Id-difna ssir imbagħad fl-oqbra tal-Provinċja Agostinjana fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.
Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi fuqu, jistrieħ fis-sliem. Ammen.
Condolences & Tributes