Funeral Date
07th November 2022
Mass Time
14:30
Church
Kuncizzjoni Immakulata
Triq Manwel Magri
Ħamrun
Date of Death: 05th November 2022
Published on: 05th November 2022
In the spirit of remembrance, we're offering a heartfelt gesture this November.
List your notices on RIP.com.mt for FREE throughout the entire month!
It's our way of honoring and remembering those we've lost. Share your cherished memories, and let's keep their legacies alive.
Add a NoticeOn November 5, at Mater Dei Hospital, KARMENU MIFSUD BONNICI, aged 89, passed away peacefully to eternal life.
He leaves to mourn his loss his brothers Antoine and Rev. Fr Joseph, Helen wife of his late brother Mario, his cousins Ugo Mifsud Bonnici and Antoinette Abela, Maria wife of the late Giuseppe Mifsud Bonnici, Arthur husband of the late Cettina Cilia, nephews and nieces, other relatives and friends.
The funeral cortège leaves Mater Dei Hospital on Monday, November 7, for Immaculate Conception Church, Ħamrun, where Mass praesente cadavere will be said at 2.30pm, followed by interment at Santa Maria Addolorata Cemetery.
No flowers by request but donations on his behalf to id-Dar tal-Providenza, Siġġiewi, would be appreciated.
Lord, grant him eternal rest.
=========
Tħabbret il-mewt tal-ex Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici fl-età ta’ 89 sena.
L-aħbar tal-mewt tiegħu ngħatat min-neputija tiegħu, id-deputat Paul Mifsud Bonnici għall-ħabta tat-3.00 a.m. Waqt li sellmet il-memorja tiegħu, hija qalet li Karmenu kienu għalihom ziju mill-aqwa. “Se nħossu ħafna n-nuqqas tas-sens ta’ umoriżmu tiegħek, it-tjubija u l-umiltà tiegħek. Miet fil-paċi mdawwar mill-familja tiegħek kollha. Nibqgħu nħobbok għal dejjem. Insellimlek Ziju Karm”, qalet Mifsud Bonnici.
L-Avukat Mifsud Bonnici kien iddaħħal l-isptar f’Awwissu li għadda fejn il-kundizzjoni tiegħu kienet deskritta bħala kritika. Madankollu huwa ġie rrilaxxat ftit tal-ġimgħat wara.
Dr Mifsud Bonnici serva fil-kariga ta’ Prim Ministru bejn l-1984 u l-1987. Huwa ħa t-tmexxija tal-pajjiż fl-1984 wara li l-eks Prim Ministru Dom Mintoff ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru u Mexxej Laburista. Mifsud Bonnici huwa r-raba’ mexxej tal-Partit Laburista.
Il-Gvern ta’ Malta jsellem il-memorja tal-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici
L-aħbar tal-mewt ta’ Dr Mifsud Bonnici waslet għal reazzjoni tal-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. Fi stqarrija, il-Gvern ta’ Malta sellem il-memorja tal-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici. Qal li Mifsud Bonnici jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu bi djalogu favur l-interessi tal-ħaddiema.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal li t-telfa ta’ Karmenu Mifsud Bonnici hija telfa ta’ ġentlom li tul ħajtu ta kontribut enormi favur il-kawża tal-ħaddiem, bis-sehem tiegħu fil-politika, fit-trade unions u l-professjoni tiegħu.
Filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u l-qraba tal-eks Prim Ministru, huwa spjega kif dejjem ammira lil Dr Mifsud Bonnici għas-sens ta’ servizz li ried jagħti lejn iż-żgħir.
Dr Abela qal li daqskemm Karmenu Mifsud Bonnici ħabb lill-ħaddiem, ħabb ukoll lil pajjiżu u għalhekk jibqa’ ta’ eżempju għal ħafna.
Min-naħa tieħgu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech sellem ukoll il-memorja tal-eks Prim Ministru u eks Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici. Qal li Karmenu Mifsud Bonnici kien bniedem li ħadem b’saħħa u determinazzjoni għal dak li emmen fih. Huwa ta l-kondoljanzi lill-familja tiegħu fost oħrajn lil Paula Mifsud Bonnici.
Min kien Karmenu Mifsud Bonnici?
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici twieled fis-17 ta’ Lulju tal-1933. Huwa ħa l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-Gvern, daħal il-Liceo u war mar l-Università ta’ Malta minn fejn huwa ħa l-Baċellearat fl-Arti. Fl-1954 huwa sar Avukat. Wara li studja fl-Università ta’ Londra t-Taxxa u l-Liġi Industrijali, f’Mejju tal-1969, huwa laħaq lettur tal-Liġi Industrijali u fiskali fl-Università ta’ Malta.
Meta kien għadu student, Mifsud Bonnici kien membru attiv tal-Azzjoni Kattolika u wara l-Moviment taż-Żgħażagħ Ħaddiema Nsara. Huwa kien ukoll membru tal-Bord Editorjali tal-ġurnal Il-Ħaddiem ippubblikat mill-istess moviment.
Fl-1969, Dr Mifsud Bonnici nħatar konsulent legali tal-General Workers’ Union. F’din il-kariga huwa ta sehem importanti fil-ġlieda li għamlet l-union flimkien mal-Partit Laburista kontra l-introduzzjoni fil-Parlament tal-Liġi Industrijali li kienet tinkludi provvediment ta’ ħabs għal dawk il-ħaddiema li jistrajkjaw.
Fid-29 ta’ Mejju tal-1980, il-Perit Mintoff ippropona li l-Avukat Mifsud Bonnici jinħatar deputat Mexxejresponsabbli għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Din il-proposta ntlaqgħet b’mod unanimu mill-Konferenza Ġenerali tal-PL.
Fil-15 ta’ Ottubru tal-1982, fuq mozzjoni ta’ Dom Mintoff, il-Konferenza Ġenerali tal-PL u l-General Workers’ Union, ħatret lil Mifsud Bonnici bħala Mexxej Suċċessur tal-PL.
Fit-2 ta’ Mejju tal-istess sena, huwa ġie co-opted fil-Parlament wara r-riżenja tad-Deputat Laburista Pawlu Xuereb. Huwa ġie maħtur Ministru tax-Xogħol u s-Servizzi Soċjali.
F’Settembru tal-1983, Karmenu Mifsud Bonnici nħatar deputat Prim Ministru Anzjan u Ministru tal-Edukazzjoni. Tul dawn is-snin huwa kellu sehem attiv fl-introduzzjoni tar-riforma għal edukazzjoni b’xejn għal kulħadd.
Dr Mifsud Bonnici ħa l-ġurament bħala Prim Ministru f’Diċembru tal-1984 wara li Duminku Mintoff ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Prim Ministru.
Fl-1992, Dr Mifsud Bonnici kien irriżenja minn Mexxej Laburista wara t-telfa tal-PL fl-elezzjoni ġenerali tat-22 ta’ Frar tal-1992.
F’Settembru tal-2002, huwa flimkien mal-ex Prim Ministru Dom Mintoff kien waqqaf il-Front Maltin Inqumu bħala parti mill-kampanja kontra s-sħubija ta’ Malta fl-UE.
L-Avukat Mifsud ma kienx miżżewweġ u għandu ħames ħutu, tnejn bniet, Ċettina u Josette, u tliet subien, Dun Joseph Mifsud Bonnici, Antoine Mifsud Bonnici li serva għal snin twal bħala deputat u segretarju parlamentari Nazzjonalista, u Mario Mifsud Bonnici, Prokuratur Legali.
Sors:
https://tvmnews.mt/news/imut-l-ex-prim-ministru-karmenu-mifsud-bonnici/
Condolences & Tributes