We sadly announce the passing of

Kate ATTARD

+ 25th March 2024



Tħabbret il-mewt ta’ KATE ATTARD fl-età ta’ 16-il sena. Kate kienet l-iżgħar residenta f’DAR Bjorn.

Apparti minn hekk Kate kienet ukoll bandista mal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq.

F’messaġġ qasir fuq il-misja sojali Bjorn Formosa kiteb kemm jixtieq li lil Kate sar jafha qabel.

“Xtaqt ħafna nisimgħek iddoqq, xtaqt ħafna ngħinek. Mill-ftit ġimgħat li kien ilek magħna f’DAR Bjorn indunajt kemm għandek familja li tħobbok. Issa ħu ħsiebom minn hemm fuq u strieħ għal dejjem. Xi sfortuna għal DAR Bjorn illum. Proprju f’din il-ġimgħa mqaddza, inħasdet il-ħajja tal-iżgħar residenta. Kellha biss 16-il sena. Kiefra wisq,” kiteb Bjorn.

L-aħħar tislima lil Kate Attard se tingħata nhar l-Erbgha, 27 ta’ Marzu fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun fis-2:30pm.

 

Sors: Newsbook.com.mt


Condolences & Tributes

Share this page