Funeral Date
22nd March 2025
Mass Time
09:30
Church
San Gwann
St John Square
Valletta
Date of Death: 18th March 2025
Published on: 19th March 2025
In the spirit of remembrance, we're offering a heartfelt gesture this November.
List your notices on RIP.com.mt for FREE throughout the entire month!
It's our way of honoring and remembering those we've lost. Share your cherished memories, and let's keep their legacies alive.
Add a NoticeL-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. għadda għall-ħajja ta’ dejjem it-Tlieta, 18 ta’ Marzu, fl-età ta’ 79 sena.
Huwa twieled il‑Belt Valletta fil‑25 ta’ Jannar tal‑1946. Kien innominat Arċisqof ta’ Malta fit‑2 ta’ Diċembru 2006 u ħa l‑pussess ta’ Arċisqof fis‑26 ta’ Jannar 2007. Huwa rtira minn Arċisqof fit‑18 t’Ottubru 2014, fl‑età ta’ 68 sena.
Il-Knisja f'Malta tagħti l-kondoljanzi lil qrabatu, il-familja Dumnikana kollha, u l-komunità tad-Dar tal-Kleru.
F’qalbna tibqa’ tidwi l-ħeġġa tiegħu msejsa fuq il-motto episkopali, “Ħejju t-Triq għall-Mulej”.
Huwa se jkun qed jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funeral nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu fid-9.30am b’quddiesa presente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Jagħtih il-Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu.
Jistrieħ fis-sliem. Ammen.
PROGRAMM TAL-FUNERAL
TAL-ARĊISQOF EMERITU TA’ MALTA
PAWLU CREMONA O.P.
ORGANIZZAT MILL-GVERN TA’ MALTA U L-KNISJA
Il-Ħamis, 20 ta’ Marzu 2025
12:00pm – 12:15pm
Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
3:45pm
Tluq tal-korteo funebri mill-Isptar Mater Dei għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
4:10pm
Wasla tal-korteo funebri quddiem il-Bażilika Minuri ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ta' San Duminku, il-Belt Valletta
Tingħata tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. mill-Familja Dumnikana
4:20pm
Tluq tal-korteo funebri minn quddiem il-Bażilika Minuri ta' Sidtna Marija tal-Portu Salvu u ta' San Duminku, il-Belt Valletta
Il-korteo funebri jgħaddi minn dawn it-toroq:
Triq il-Merkanti
Triq San Duminku
Pjazza San Ġorġ
Triq ir-Repubblika
4:30pm
Wasla tal-korteo funebri f’salib it-toroq bejn Triq San Ġwann u Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta
4:35pm
Korteo funebri mmexxi mill-Kapitlu Metropolitan għall-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
4:45pm
Wasla tal-korteo funebri fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
5:00pm
Għasar tal-Mejtin immexxi mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna
5:30pm – 8:30pm
L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ikun hemm ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi
Ma’ nżul ix-xemx
Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
7:30pm
Jingħad ir-Rużarju mill-Familja Dumnikana fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
8:30pm
Jingħalaq il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
Il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu 2025
8:00am
Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
8:30am
Quddiesa fil-Kappella tas-Sagrament fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
9:00am – 8:30pm
L-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. ser ikun espost għall-qima tal-pubbliku fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fejn ikun hemm ukoll il-ktieb tal-kondoljanzi
12:00pm – 12:15pm
Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
Ma’ nżul ix-xemx
Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
7:30pm
Jingħad ir-Rużarju mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
Is-Sibt, 22 ta’ Marzu 2025
08:45am
Wasla tal-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna
09:13am
Wasla tal-Prim Ministru ta’ Malta, l-Onor. Robert Abela u Dr Lydia Abela
09:15am
Wasla tal-President ta’ Malta, l-E.T. Myriam Spiteri Debono u Dr Anthony Spiteri Debono
09:20am
Dħul Solenni tal-ġisem tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.
09:30am
Quddiesa præsente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna
Wara l-Quddiesa
Korteo funebri mill-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta, għal Triq ir-Repubblika, sad-daħla tal-Belt Valletta
Fi tmiem il-korteo, il-ġisem tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. jittieħed fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar u ta’ San Duminku, ir-Rabat, fejn issir id-difna.
Mid-daħla tal-Belt Valletta ’l quddiem, il-funeral ikompli f’forma strettament privata
12:00pm
Jindaqqu l-qniepen fi transitu mill-knejjes kollha ta’ Malta b’tislima lill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. fil-ħin tad-difna
Condolences & Tributes