Funeral Date
10th March 2026
Mass Time
14:30
Church
Kunvent tas-Sorijiet Agostinjani, Mosta
Date of Death: 08th March 2026
Published on: 10th March 2026
In the spirit of remembrance, we're offering a heartfelt gesture this November.
List your notices on RIP.com.mt for FREE throughout the entire month!
It's our way of honoring and remembering those we've lost. Share your cherished memories, and let's keep their legacies alive.
Add a NoticeIs-Sorijiet Agostinjani Qaddejja ta’ Ġesù u Marija ħabbru l-mewt ta’ Sr Eulalia Ferriggi, li marret tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha fit-8 ta’ Marzu 2026.
Sr Eulalia bdiet il-vokazzjoni reliġjuża tagħha fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani 78 sena ilu fir-Rabat, Malta. Matul ħajjitha hija serviet f’diversi komunitajiet tal-kongregazzjoni f’Malta u għal xi żmien ukoll fil-komunità tagħhom f’Għawdex.
Hija tat ukoll is-sehem tagħha fl-iskejjel tal-kongregazzjoni fejn ħadmet bħala edukatriċi tas-snin bikrin, u ddedikat snin twal għall-formazzjoni tat-tfal.
Il-funeral tagħha se jsir nhar it-Tlieta 10 ta’ Marzu 2026 fit-2:30 p.m. fil-kappella tal-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani fil-Mosta.
Jagħtiha l-Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilha.
Tistrieħ fis-sliem. Ammen.
Condolences & Tributes